Merħba f'myHealth

Merħba fil-Portal myHealth. Dan il-portal diġitali interattiv jippermetti liċ-ċittadini Maltin kif ukoll lit-tobba tagħhom biex jaraw ir-rekords mediċi tagħhom.


Jekk għandek identità elettronika (e-ID) Maltija, idħol bin-numru tal-ID tiegħek u l-password tal-e-ID biex tara s-Sommarji tal-Każijiet tiegħek, Appuntamenti li ġejjin, l-Intitolament tal-POYC, il-mediċini tal-POYC li int intitolat għalihom, meta jiġu rilaxxati, ir-Riżultati tiegħek tal-Laboratorju u r-Rapporti tar-Ritratti Mediċi, , Rekords tat-Tilqim, Elettrokardjogrammi u il-Ġurnal tas-Saħħa Personali.


Bħala pazjent, uża dan il-portal biex tagħmel link mat-tabib tiegħek li jiġi nnotifikat meta d-data tiegħek tkun disponibbli. Barra minn hekk, tista' personalment tirrekordja u timmaniġġja d-data tas-saħħa tiegħek permezz tal- Ġurnal tas-Saħħa Personali. It-tobba lil għandhom link miegħek miegħek permezz ta’ myHealth jistgħu jaraw ir-riżultati u r-rapporti tiegħek hekk kif ikunu disponibbli. Ġenituri u gwardjani legali jistgħu wkoll jiksbu aċċess għar-rekords mediċi tat-tfal minuri tagħhom u ta’ persuni oħra li huma taħt il-kura tagħhom.


Bħala tabib, tista’ faċilment tissortja, tiffiltra u tqabbel id-data tal-pazjent. Tista' tissottometti talbiet għal testijiet, tara Stampi Mediċi u data tas-saħħa kkontribwita mill-pazjent stess. Qegħdin naħdmu kontinwament biex inżidu funzjonijiet ġodda biex intejbu l-esperjenza tiegħek.

servizz pubbliku logo servizz.gov logo